Mal-medda tas-snin hekk kif is-soċjetà Maltija kellha iżjed għarfien li l-bniedem ikun iżjed sħiħ bit-tagħlim u l-għerf, iżjed inħasset il-ħtieġa fostna li nitgħallmu u nimirħu fit-tagħlim. Hekk għamilt jien wara li lestejt l-eżamijiet tiegħi fil-livell avvanżat permezz tal-Junior College fejn għaldaqstant stajt naqbad course universitarju f’Tal-Qroqq, dak ta’ Social Work. In-namra għal dan is-suġġett nibtet fija waqt iż-żmien tal-Junior College fejn kelli Lecturer tas-Soċjoloġija li nisslet fija mħabba partikolari għal Social Work li llum għamlitni min jien.
Il-Baċċelerat f’Social Work fetaħli orizzonti ġodda ta’ tagħlim fejn ħbatt mal-importanża tal-psikoloġija u kif tali suġġett jgħin biex nifhmu iżjed lis-soċjetà li ngħixu fiha, il-qafas tal-politika soċjali fi stat, il-liġi tal-familja għal politika soċjali sana u għal social work professjonali, l-observation sessions li kien ikolli biex immiss b’idejja waqt li qed nistudja xi jfisser social work fil-verità, l-importanza dwar l-istudji tal-familja, il-ħtieġa li persuna tifhem xi tfisser ekonomija li tinbidel ma’ soċjetà li tinbidel hi stess, xi kwalità ta’ riċerka hi mitluba minn min jistudja social work kemm f’kuntest mediterranju u fuq kollox f’kuntest Malti, għarfien taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bniedem, is-saħħa mentali f’relazzjoni ma’ social work, il-welfare state Malti u xi sfidi joffri għal min jistudja social work u l-għarfien li persuna għandu jkollha tal-faqar u l-eskluzzjoni soċjali.
Social work urieni kemm il-persuna umana tkun tista’ tisfa’ sensittiva jekk ma ssibx l-għajnuna meħtieġa u allura l-ħtieġa li min jidħol għal dan l-impenn ikollu livelli għolja t’etika, materji li jmissu persuni b’diżabilità, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-ħarsien tagħhom waqt li persuna tipprattika bħala social worker, il-kuntest ta’ social work kemm f’bażi residenzjali jew fil-komunità, x’jippermettu l-liġijiet tal-pajjiż fl-ambitu ta’ social work u l-kwalitajiet meħtieġa mill-persuna li tidħol għall-impenn ta’ social work.
Bħala parti mill-istudji tal-Baċellerat kelli nippreżenta teżi li din iffukat dwar kif tfal jistgħu jiġu abbużati sesswalment u kif l-istess sistema tal-Qorti terga’ tirrivvitimizzhom u studjajt kif jistgħu jiġu mtejba l-proċessi tal-qorti biex ma jiġrix dan.
Wara għamilt Masters Degree fil-Medjazzjoni fi ħdan il-Fakulta’ tal-Liġi li ffukat dwar co-parenting, id-dritt tat-tfal li jkollhom aċċess ugwali għaż-żewġ ġenituri fejn studjajt ukoll is-sistemi ta’ barra minn Malta u għamilt paragun tagħhom ma’ dak li għandna Malta u ħriġt numru ta’ rakkomandazzjonjiet dwar kif il-medjazzjoni tista’ tkun effettiva u b’sodisfazzjon nistqarr li wħud minn dawn ir-rakkomandazzjonjiet sabu lilhom infushom ukoll fir-riforma tal-familja li proprju kienet ippreżentata ftit tax-xhur ilu mill-Gvern Labusita u li wara l-elezzjoni tkompli l-ħidma f’dan l-ambitu biex inkomplu ntejbu u nsaħħu l-qafas tal-liġi tal-familja kif ukoll il-Qorti tal-Familja nnifsiha biex ikollna proċessi iżjed spediti f’materji li jmissu d-drittijiet tat-tfal.
Il-professjoni li qbadt zgur li hi ta’ għajnuna kbira fil-ħidma politika li nwettaq u li għad irrid inwettaq u nimpenja lili nnifsi li nrodd lura mitejn fil-mija l-fiduċja li tiġi mislufa lili mill-ellettorat sabiex dejjem ikollna soċjeta’ iżjed ġusta u li tixraq lil Malta tagħna.