L-Impenji Tiegħi

Il-prijoritajiet tiegħi għalik u għall-familja tiegħek. Politika bbażata fuq l-azzjoni u riżultati

01

Nsaħħu l-Ħajja tal-Familja

Il-familja hija l-qalba tas-soċjetà tagħna. Se naħdem biex inkomplu nibnu fuq politika li jagħtu aktar ħin u kwalità ta’ ħajja lill-familji – minn bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, għal aktar appoġġ konkret lill-ġenituri. Irridu familji b’serħan il-moħħ, fejn it-tfal jikbru f’ambjent sigur, stabbli u mimli opportunitajiet.

02

Nsaħħu s-Soċjetà Ċivili u l-Komunitajiet

Komunitajiet b’saħħithom ifissru pajjiż aktar b’saħħtu. Nemmen fil-qawwa tal-għaqdiet volontarji, tal-NGOs u tal-parteċipazzjoni attiva tan-nies. Se naħdem biex nagħtu aktar spazju, riżorsi u vuċi lis-soċjetà ċivili, u biex inħeġġu aktar involviment taż-żgħażagħ fid-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-komunitajiet tagħhom.

03

Ambjent Sikur u B’saħħtu

Il-kwalità tal-ħajja tiddependi fuq l-ambjent li ngħixu fih. Se naħdem biex nippromwovu spazji aktar nodfa, aktar ħodor u aktar sikuri għal kulħadd. Ambjent li jħares is-saħħa mentali u fiżika tan-nies, u li jħalli futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

04

Intervent Bikri u Edukazzjoni

L-investiment fil-bidu tal-ħajja jagħmel differenza għal dejjem. Se nhares lejn ’ intervent bikri li jappoġġjaw lit-tfal u lill-familji tagħhom mill-ewwel snin. Edukazzjoni ta’ kwalità, inklużiva u aċċessibbli għal kulħadd hija ċ-ċavetta biex nibnu soċjetà aktar ġusta u b’opportunitajiet ugwali.

05

DiġitaliŻŻazzjoni għan-Nies

Id-diġitaliżżazzjoni trid tkun għodda li sservi lin-nies. Se naħdem biex intejbu s-servizzi diġitali, nagħmluhom aktar aċċessibbli u effiċjenti, u niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura. Teknoloġija li tiffaċilita l-ħajja ta’ kuljum, tgħin lin-negozji u ssaħħaħ il-komunitajiet tagħna.